Nanna Carmen

Jiena nannti, għalkemm ġili ma naqblux, mill-ewwel xtaqt npenġiha, għax hija waħda mill-aktar nanniet interessanti li għandi.

Hi hija t-tieni l-ikbar minn familja ta' ħdax. Meta kellha biss għaxar snin kienet ġa taf isajjar u tieħu ħsieb l-familja tagħha, speċjalment ħuta ż-żgħar. Dan għax l-familja tagħha kellhom razzett x'jieħdu ħsieb. Hi qatt ma kienet interessata fuq l-edukazzjoni, għalhekk meta kellha biss ħdax-il sena waqfet tmur l-iskola.

L-aktar ħaġa li kienet tinteressha, u għadha s'issa tħobb, huma l-ilbiesi u l-aċċessori li jiġu magħhom. Din minħabba li meta kienet iżgħar, quddiem ir-razzett kien hemm villa li fiha kienu jmorru l-fizjali u n-nisa tagħhom biex jieħdu gost. It-tfajliet kien ikollhom ilbies mill-isbaħ, li kienu jogħbuha ħafna lil nannti.

Illustration by Kathleen Flask

(Fox-from-Malta)

Previous
Previous

Doris Venturi